Il-Partit Nazzjonalista jistenbaħ 24 siegħa tard  | One News

Notifiki

Il-Partit Nazzjonalista jistenbaħ 24 siegħa tard 

Is-Segretarjat Parlamentari għall-Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva jgħarraf lill-Oppożizzjoni ta’ Adrian Delia li l-Gvern ilu diġà 24 siegħa li laqa’, mingħajr ebda diffikultà, talba mill-Oppożizzjoni ta’ Godfrey u Marlene Farrugia għall-investigazzjoni fuq l-istorja ivvintata mit-Times of Malta dwar l-estensjoni tar-Residenza San Vinċenz de Paul. Fi stqarrija, is-Segretarjat sostna li filwaqt li qiegħda titlob għal dettalji u verifiċi tal-proċess, l-Oppożizzjoni taf sew, u b’mod preċiż, li l-kuntratt imsemmi mexa skont il-proċeduri u r-regoli kollha. Anke għaliex il-Kap Adrian Delia ħmistax ilu ammetta li kien diġà ltaqa mal-investituri privati li rebħu t-tender pubbliku u hemmhekk ingħata “informazzjoni diretta”.  

Għalhekk, il-Kap tal-Oppożizzjoni jaf li f’dan il-proċess ma ngħata l-ebda direct order. Jaf ukoll li l-Public Contracts Review Board u l-Qorti tal-Appell ikkonfermaw li kienet ittieħdet id-deċiżjoni t-tajba mid-Dipartiment tal-Kuntratti.  

Dan il-proġett se jfisser erba’ blokok ġodda ta’ 504 sodda f’San Vinċenz de Paul u se jgħin biex titwettaq il-wegħda elettorali ta’ din l-amministrazzjoni li jindirizza l-lista ta’ stennija għal anzjani li għandhom bżonn urġenti ta’ kura f’residenza.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend