Il-Papa Franġisku se jiltaqa' ma' vittmi ta' abbuż sesswali mill-qassisin | One News

Notifiki

Il-Papa Franġisku se jiltaqa’ ma’ vittmi ta’ abbuż sesswali mill-qassisin

Il-Papa Franġisku se jiltaqa’ mal-vittmi ta’ abbuż sesswali mill-qassisin waqt żjara fl-Irlanda. Din se tkun l-ewwel żjara minn Papa fl-Irlanda fl-aħħar 40 sena.

Ġimgħa ilu, il-Papa Franġisku ippubblika ittra lil 1.2 biljun Nisrani, fejn ikkundanna l-abbuż sesswali fuq it-tfal li ilu jinżamm fid-dlam għal deċenji sħaħ.

Intant, iż-żjara fl-Irlanda hija parti mill-World Meeting of Families, laqgħat Kattoliċi li jsiru kull tliet snin.

Din se tiġi fi tmiemha l-Ħadd li ġej b’quddiesa għal madwar 500,000 persuna f’Phoenix Park, f’Dublin.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend