Għawwiema mwissija biex ma jgħumux fil-Bajja tax-Xlendi | One News

Notifiki

Għawwiema mwissija biex ma jgħumux fil-Bajja tax-Xlendi

Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza għas-Saħħa Pubblika wissa lill-għawwiema biex ma jgħumux fil-Bajja tax-Xlendi, Għawdex. 

Fi stqarrija, id-Direttorat qal li minħabba raġunijiet ta’ kwalità tal-ilma baħar mhux rakkomandat li jsir għarm f’dawn l-inħawi.

Din it-twissija se tibqa’ fis-seħħ sakemm id-Direttorat joħroġ avviż ieħor dwar dan.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend