Filmat: Statwa ġdida għal Santa Katarina | One News

Notifiki

Filmat: Statwa ġdida għal Santa Katarina

Ilbieraħ filgħaxija, bosta Żrieraq kienu qegħdin fuq ix-xwiek biex isegwu iċ-ċerimonja ta’ inawgurazzjoni tal-istatwa tal-monument ta’ Santa Katarina f’Misraħ ir-Reppublika ż-Żurrieq.

Lura fiż-żmien, it-tradizzjoni kienet tgħid li l-istatwa titulari tkun dejjem f’tarf ir-raħal. Infatti, fl-1766 kien hemm statwa fit-tarf taż-Żurrieq, dik ta’ Santa Katarina. Huwa għalhekk li fid-dawl ta’ tliet anniversarji importanti għaż-Żrieraq.Din l-istatwa inħadmet fil-bronż u miksija u ndurata fid-deheb. Din il-ġawra tal-Palmisti saret minn Adonaj Camilleri Cauchi.

Biss l-istennija matul il-jum tal-Ġimgħa ma kinitx biss għal statwa iżda anka għal akbar ballun tan-nar hekk kif eluf minn madwar Malta u Għawdex kienu qed jistennew bil-ħerqa biex isegwu din l-isfida piroteknika.

Minkejja li r-riżultat żgur ma kinx wieħed kif mixtieq għadu mhux magħruf x’setgħa mar ħażin f’ din il-ħarqa.  Biss dan ma qatax qalb il-partitarji u l-kumitat tal-għaqda biex ikomplu jaħdmu atih għal festa tant għal qalbhom.

 

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend