Filmat: Riforma sħiħa fl-operat tal-ħabs – One News

Filmat: Riforma sħiħa fl-operat tal-ħabs

Id-droga fil-ħabs minn dejjem kienet uġigħ ta’ ras kbira għall-uffiċjali korrettivi.

Sitwazzjoni li jidher li qed tkun ikkontrollata sew, bid-Direttur Ġenerali tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin isostni li d-droga qiegħda kulma jmur tonqos.

Waqt il-programm Sibt il-Punt fuq ONE Radio, Alex Dalli qal li qed ikun hemm tnaqqis drastiku, “l-ammonti tad-droga li nqabdet hija u dieħla l-ħabs kienet kbira, u  aħna l-uffiċjali tal-ħabs ma noqgħodux indoqqu t-trombi tax-xogħol li nagħmlu, pero nista’ niggarantilek li bħalissa d-droga fil-ħabs naqset drastikament”.

Waqt il-programm li xxandar dalgħodu, Anthony Ellul, iċ-chairman tal-Kummissjoni għar-Riforma, tkellem ukoll dwar suċċess ieħor li qed ikun irreġistrat.

Spjega kif għall-programm tal-Fondazzjoni Rise, 40 persuna li attendew għalih ma ġewx riċedivi.

“Ma tistax ma tifraħx meta tara x’inhi s-success rate ta’ dal-programm. 95% tal-inmates li jgħaddu mir-Rise Foundation kellhom suċċess u s-suċċess jitkejjel billi m’humiex riċedivi. Jiġifieri ma reġgħux rifsu l-għatba tal-facilità”

Dan filwaqt li għaddejja l-ħidma biex tinfetaħ it-tieni dar tal-istess fondazzjoni. Dar li se tkun fil-Belt Valletta u se tkun ikbar mill-ewwel waħda.

Ellul irrimarka li fost ir-riformi li għaddejjin fil-ħabs hemm il-ħsieb li tinħoloq aġenzija tas-servizzi korrettivi. Aġenzija li mhux biss se tkompli tgħin lir-residenti iżda anke lill-uffiċjali:

 

“Aħna qed inħarsu li jkun hemm diversi tarġiet, qed inħarsu lejn training intensiv lokali u barra, qed inħarsu lejn exchanges anke ma’ faċilitajiet korrettivi barra minn Malta.”

Riforma oħra li qed issir fil-ħabs huwa fuq l-ikel. Fil-fatt, iċ-chairman tal-Kummissjoni għar-Riforma ħabbar li l-kċina tal-ħabs se tingħalaq għal żmien determinat, filwaqt li se jkun studjat il-futur tal-istess kċina,”u se nibdew inġibu l-ikel minn barra għal żmien determinat. Waqt li jkun għaddej l-operat, se nistudjaw jekk hux se mmorru għal a fully fledged revamped kitchen within the facility, jew nibqgħu għaddejjin bis-servizz tal-operatur li jirbaħ it-tender”

Ta’ QabelLi Jmiss