Chris Said imgiddeb fuq tniġġis f’Xatt l-Aħmar – One News

Notifiki

Chris Said imgiddeb fuq tniġġis f’Xatt l-Aħmar

Dak allegat mid-Deputat Nazzjonalista Chris Said kien imxejjen għal kollox mill-Uffiċjali tas-Saħħa Ambjentali. Said kien qed jilmenta fuq il-midja soċjali li kien hemm ħmieġ tad-drenaġġ fl-inħawi ta’ Xatt l-Aħmar, Għawdex. Madanakollu, investigazzjoni li saret mid-Dipartiment ikkonfermat li ma kien hemm ebda tniġġis jew drenaġġ f’dawn l-inħawi.Informazzjoni li għandu one.com.mt tikkonferma li d-Dipartiment għas-Saħħa Ambjentali bagħat uffiċjali biex jinvestigaw Xatt l-Aħmar wara li d-Deputat Nazzjonalista allega li dawn l-inħawi sejrin lura.

Id-Dipartiment xejjen għal kollox dawn l-attakki u qal li l-investigazzjoni qalila li saret minn esperti tagħhom ma sabet ebda drenaġġ fl-ilma fejn jgħumu n-nies f’Xatt l-Aħmar.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend