Tinbena mill-ġdid it-triq li mill-Qrendi twassal għal Għar Lapsi – One News

Notifiki

Tinbena mill-ġdid it-triq li mill-Qrendi twassal għal Għar Lapsi

It-Triq fl-inħawi ta’ San Niklaw, li mill-Qrendi twassal għat-Triq ta’ Għar Lapsi fis-Siġġiewi, qed tinbena mill-ġdid. Dan grazzi għal investiment ta’ €11-il miljun, parzjalment iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea, biex tkun imtejba l-kwalità tat-toroq fil-kampanja.

Din it-triq tingħaqad ma’ Triq Ta’ l-Għarix fl-istess inħawi, li wkoll qed tinbena mill-ġdid bħala parti minn dan il-proġett ambizzjuż. Il-proġett mistenni jolqot diversi persuni, hekk kif l-infrastruttura fil-kampanja tintuża kemm mill-bdiewa li għandhom raba’ f’dawn iż-żoni, u anke mill-familji li jżuru Għar Lapsi jew Wied iż-Żurrieq.

F’post fuq Facebook, il-Ministru Ian Borg fakkar kif dan huwa biss parti minn proġett ferm ikbar ta’ Infrastructure Malta, li bħalissa qed taħdem biex ittejjeb madwar 22km ta’ toroq tal-kampanja madwar Malta.

 

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend