Żieda ta' 12.5% fl-akkomodazzjoni turistika | One News

Notifiki

Żieda ta’ 12.5% fl-akkomodazzjoni turistika

 

Ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika jura juru li fl-ewwel sitt xhur tas-sena aktar kważi 955 elf persun qagħdu f’post ta’ akkomodazzjoni f’Malta jew Għawdex.

Din kienet tfisser żieda ta’ tnax punt ħamsa fil-mija meta mqabbel mal-istess perjodu s-sena li għaddiet.
Iċ-ċifri juru wkoll li bejn April u Ġunju li għadda, aktar minn ħames mija u ħamsin elf persuna qagħdu f’akkomodazzjoni kollettiva fejn bejniethom qattgħu aktar minn zewġ miljun u tminn mitt elf lejl.

Dan ifisser żieda ta’ kważi 10%. Il-maġġoranza tagħhom qattgħu l-iljieli f’lukandi tal-erba stilel li jammontaw għal kważi miljun u tlett mitt elf lejl jew ftit aktar minn 46.3%. Dan ifisser żieda ta’ kważi 9% fin-numru ta’ ljieli fil-lukandi u postijiet ta’ akkomodazzjoni kollettiva.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend