Scott Morrison huwa l-Prim Ministru l-ġdid tal-Awstralja | One News

Notifiki

Scott Morrison huwa l-Prim Ministru l-ġdid tal-Awstralja

Scott Morrison se jkun il-Prim Ministru l-ġdid tal-Awstralja wara li Malcom Turnbull kien sfurzat biex jirtira l-pożizzjoni tiegħu mit-tmexxija tal-Partit fil-Gvern. 

Turnbull kien ilu dawn l-aħħar ġimgħat taħt pressjoni mill-kollegi tiegħu minħabba riżultati negativvi fl-elezzjoni tat-tmexxija tal-partit.

Morrison, li sa issa kien it-teżurier tal-Partit, kiseb 45-40 mill-vot totali minkejja li ma kienx ir-rivali prinċipali ta’ Turnbull.

Turnbull huwa r-raba’ Prim Ministru tal-Awstralja li tneħħa minn rivali interni tal-Gvern. Huwa qal li kien privileġġ għalih li jservi  bħala Prim Ministru.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend