Rinovata l-Berġa ta' Ħaż-Zebbuġ | One News

Notifiki

Rinovata l-Berġa ta’ Ħaż-Zebbuġ

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne dalgħodu inawgura l-Berġa tal-Gvern fil-lokalità ta’ Ħaż-Żebbuġ li għadha kemm saritilha rinovazzjoni estensiva, inkluża l-għamara, u li minnha se jkunu qegħdin jingħataw servizzi aktar milli kienu qegħdin jingħataw s’issa.

Mill-Berġa ta’ Ħaż-Żebbuġ bħalissa jingħata servizz mediku minn tabib u infermiera tliet darbiet fil-ġimgħa lil medja ta’ 270 persuna kull xahar filwaqt li jingħata servizz ta’ Pataloġija tal-Lingwa Mitkellma (Speech and Language Pathology)  mit-Tnejn sal-Ġimgħa  lil madwar 100 pazjent kull xahar.

Fil-ġimgħat li ġejjin ma’ dawn is-servizzi se jiżdiedu wkoll servizz ta’ nutritionist, dietician u lifestyle. Dawn it-tliet servizzi ġodda huma essenzjali primarjament bħala prevenzjoni kontra l-mard bħalma huwa dak tad-dijabete u pressjoni.Il-Berġa ta’ Ħaż-Żebbuġ hija fost 54 berġa li l-Gvern għandu mxerrdin ma’ Malta u Għawdex. Uħud minnhom ġew devoluti lill-Kunsilli Lokali tal-lokalità konċernata. Bħalissa l-Gvern, permezz tad-Dipartiment tal-Kura Primarja fi ħdan il-Ministeru għas-Saħħa u li fir-responsabbiltà tagħha jaqgħu l-bereġ, għaddej bi programm ta’ xogħol fuq rinovar tagħhom u għoti ta’ aktar servizzi minnhom.

Huwa kalkulat li minn dawn il-bereġ kull sena jingħataw servizzi lil madwar 210,000 pazjent.

Għall-inawgurazzjoni tal-Berġa ta’ Ħaż-Żebbuġ kienet preżenti wkoll Ms Rosanne Camilleri, CEO tad-Dipartiment tal-Kura Primarja u s-Sindku tal-lokalità Sarah Agius.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend