It-theddid tal-Italja ma jwassal għal imkien | One News

Notifiki

It-theddid tal-Italja ma jwassal għal imkien

Daqqa ta’ ħarta għall-Gvern Taljan dwar il-150 immigrant abbord il-vapur militari Taljan li twaqqfu milli jinżlu fil-port ta’ Katanja.

Il-kwistjoni ġiet ittrattata waqt laqgħa teknika fi Brussels b’sorsi diplomatiċi jiżvelaw li t-t-talba tal-Italja biex l-immigranti jitqassmu bejn il-pajjiżi Ewropej ma sabitx appoġġ ta’ stati membri oħra Ewropew. Dan għax skonthom, ras għal ras, l-għadd ta immigranti li daħlu fl-Italja huwa ferm inqas minn kemm daħlu f’pajjiżi oħrajn.

L-immigranti ilhom abbord il-vapur għal dawn l-aħħar jiem wara li l-Ministru għall-Intern Taljan Matteo Salvini qal li l-immigranti mhux se jinżlu l-art. Deċiżjoni li wasslet għal xquq fil-Gvern Taljan bil-President tal-Kamra tad-deputati Roberto Fico jgħid li l-immigranti għandhom jitħallew jiżbarkaw f’Katanja. Intant l-Ewropa wieġbet b’mod iebes għad-dikjarazzjonijiet tal-Viċi Prim Ministru Taljan Luigi Di Maio li l-Ħamis filgħaxija hedded li l-Italja ma tħallasx is-sehem tagħha lill-Unjoni Ewropea f’każ li ma tinstabx soluzzjoni dwar l-iżbark tal-immigranti.

Ingħad li t-theddid fl-Ewropa ma jwassal għal imkien għax l-Ewropa taħdem bil-koperazzjoni u mhux bit-thddied.

Dwar dan il-Minisrtu għall-Affarijiet Barranin tal-Italja Enzo Moavero xejjen it-theddid ta’ sieħbu fil-kabinett Taljan u stqarr li l-ħlas tal-kontribuzzjonijiet lill-Unjoni Ewropea huwa dmir legali.

Min-naħa tiegħu, is-senatur Taljan Faraone qal li s-sitwazzjoni fuq id-Diciotti reġgħet ġiet lura għan-normal wara li l-immigranti abbord bdew strajk tal-ġuħ.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend