Is-Senatur John McCain ma jkompliex jieħu t-trattament kontra l-kanċer | One News

Notifiki

Is-Senatur John McCain ma jkompliex jieħu t-trattament kontra l-kanċer

Is-Senatur Repubblikan Amerikan John McCain mhux se jkompli jieħu trattament għal kura kontra l-kanċer tal-moħħ.

Is-Sur McCain li għandu 81 sena beda t-trattament f’Lulju tas-sena l-oħra, meta saret operazzjoni fil-parti tax-xellug ta’ moħħu.

Il-familja ta’ McCain qalet li f’din l-aħħar sena s-Senatur McCain kien qed jieħu l-kura meħtieġa, iżda fuq għażla tiegħu għażel li ma jkompliex jieħu l-kura.

Is-Sur McCain irrappreżenta lil pajjiżu fil-Kunġress Amerikan u kien voċiferu favur il-Partit Repubblikan.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend