Illejla jinħaraq l-akbar ballun tan-nar li qatt inħadem Malta | One News

Notifiki

Illejla jinħaraq l-akbar ballun tan-nar li qatt inħadem Malta

Illejla mistenni li jinħaraq il-ballun tan-nar (Shell of Shells) li huwa l-ewwel wieħed tax-xorta tiegħu u li oriġinarjament kien sar għall-għeluq tal-Valletta Pageant of the SEAS.Dan ma kienx inħaraq nhar is-7 ta’ Ġunju, u għalhekk ġie pospost għal data oħra.

Il-ballun tan-nar huwa mmanifatturat mill-kamra tan-nar ta’ Santa Katerina u għandu dijametru b’kejl ta’ 132 ċentimetru u jiżen madwar 500 kilogrammi.

Il-ħruq tal-ballun tan-nar huwa mtella mill-Fondazzjoni Valletta 2018 u mistenni li jsir fiż-Żurrieq fejn il-pubbliku huwa mħeġġeġ li jattendi għal din l-attività tant unika

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend