Il-Qorti Kostituzzjonali tikkonferma r-riżultat tal-Elezzjoni Presidenzjali taż-Żimbabwe | One News

Notifiki

Il-Qorti Kostituzzjonali tikkonferma r-riżultat tal-Elezzjoni Presidenzjali taż-Żimbabwe

Il-Qorti Kostituzzjonali taż-Żimbabwe kkonfermat ir-riżultat tal-elezzjoni presidenzjali tat-30 ta’ Lulju li għadda, jiġifieri li Emmerson Mnangagwa huwa l-President taż-Żimbabwe.

Fil-Qorti, il-Maġistrat Luke Malaba qal li l-Kap tal-Oppożizzjoni Nelson Chamisa ma pprova l-ebda fatt dwar l-allegazzjonijiet ta’ frodi li tqajmu waqt il-kampanja għall-elezzjoni presidenzjali.

Jumejn wara l-elezzjoni presidenzjali, minn tal-inqas sitt persuni nqatlu wara ġlied bejn id-demostranti tal-partit tal-oppożizzjoni u l-forżi tas-sigurtà.

Il-President wara din id-deċizzjoni appella lil poplu taż-Żimbabwe għal paċi u għall-għaqda. Saħaq li l-kap tal-oppożizzjoni u hu għandhom jiġbdu ħabel wieħed.

Din kienet l-ewwel elezzjoni wara li l-ex President taż-Żimbabwe Robert Mugabe kien fit-tmexxija għal 37 sena. Mugabe tneħħa mit-tmexxija tal-pajjiż fl-aħħar tas-sena li għaddiet.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend