Estensjoni tal-Awtorità dwar il-Mediċini imsemmija għal impjegat li miet sitt xhur ilu | One News

Notifiki

Estensjoni tal-Awtorità dwar il-Mediċini imsemmija għal impjegat li miet sitt xhur ilu

Għadha kif ġiet inawgurata estensjoni fil-binja tal-Awtorità dwar il-Mediċini,  li kemm ilha topera irduppjat in-numru ta’ ħaddiema. Illum l-Awtorità qed jimpjega mas-66 persuna.

Din l-estensjoni kienet bżonnjuża wkoll għax inhass il-bżonn li tkompli tikber din l-istorja ta’ suċċess, hekk kif din  tkun qed timrah f’oqsma farmaċewtiċi ġodda.L-estensjoni giet imsemmija għal Michael Chetcuti, assessor li kien jaħdem fi ħdan l-Awtorità, iżda miet sitt xhur ilu.

L-inawgurazzjoni saret mis-Segretarju Parlamentari Deo Debattista u iċ-Chairman tal-Awtorità, il-Professur Anthony Serracino Inglott. Preżenti kien hemm ukoll ħaddiema tal-Awtorità u qraba tat-tabib Chetcuti.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend