David Casa għandu jitlob skuża | One News

Notifiki

David Casa għandu jitlob skuża

F’dawn l-aħħar jiem, wara li sirna nafu li bħala konsulenti tiegħu, l-Ewro-Parlamentari David Casa qed jimpjega lil zijuh u lir-raġel ta’ oħtu, l-istess David Casa, biex jiddefendi ruħu, qiegħed kważi ta’ kuljum jinsisti li lilu ħadd mhu se jwaqqfu milli jkompli jagħmel xogħolu għal pajjiżna.  Fl-interess ta’ pajjiżna.

U x’inhu jagħmel fl-interess ta’ pajjiżna?  Qiegħed jipprova kontinwament ipinġi lill-Gvern Malti f’dawl ikrah biex forsi jagħmel ftit ħoss, issa aktar minn qatt qabel, għax fi ftit xhur oħra, se jkollna l-elezzjoni għall-Parlament Ewropew u ċertament li David Casa ma jridx jitlef postu, għax minnbarra li qiegħed ipappiha tajjeb hu, qegħdin ipappuha tajjeb ukoll dawk li huma qrib tiegħu.David Casa għadu mhux jirrealizza li bħall-Partit Nazzjonalista, għandu kriżi ta’ kredibbiltà. U biex forsi jirbaħ xi ftit kredibbilta’ lura, jekk qatt kellu, David Casa għandu l-ewwel u qabel kollox jitlob skuża lill-poplu Malti u Għawdxi talli kien minn ta’ quddiem, ovvjament bla ma vverifika xejn, li ta appoġġ qawwi u bla ebda kundizzjoni lir-Russa Maria Efimova.Saħansitra kien mar jiltaqa’ magħha il-Greċja, fejn qieghħa tgħix sal-lum, kif ukoll heġġeġ lill-awtoritajiet Griegi biex jiċħdu t-talba tal-qrati tagħna biex din l-istess Maria Efimova tintbagħat pajjiżna biex twieġeb għal akkużi li kien hemm, u għad hemm, fil-konfront tagħha.

Issa kulħadd jaf min hija Maria Efimova li David Casa jemmen li m’għandiex tintbagħat pajjiżna għax f’pajjiżna ma tistax issir ġustizzja magħha. Mill-inkjesta Egrant ħareġ bl-aktar mod ċar li Maria Efimova hija parti mill-attentat frame-up fuq il-Prim Ministru Joseph Muscat u martu Michelle.  Frame-up li seta’ kellu konsegwenzi ferm serji mhux biss fuq il-familja tal-Prim Ministru, imma anke fuq il-pajjiż kollu.

Dan il-frame-up kien mibni fuq gidba fabbrikata.  Inbena fuq dokumenti foloz.  Inbena fuq firem foloz.  U dan kollu David Casa kien belgħu sa griżmejh u pprova jagħmel kapital sħiħ minnu. U sal-lum għadu qatt ma kellu l-kuraġġ jgħid li żbalja u żbalja bil-kbir.  Għandu jkun raġel u jitlob skuża.  Imma raġel m’huwiex.

Ta’ QabelLi Jmiss
Felix Agius twieled fil-21 ta’ Marzu, 1948. Studja fl-Iskola Primarja ta’ Ħaż-Żabbar, imbagħad kompla l-edukazzjoni sekondarja u terzjarja fil-Liċeo tal-Ħamrun. Aktar tard kiseb diploma fil-Ġurnalizmu mill-International Institute of Journalism ta’ Berlin. Agius beda l-karriera fil-ġurnalizmu madwar 50 sena ilu, meta ngħaqad mal-ġurnal tal-Partit Laburista ‘Iż-Żmien’ li kien jinħadem u jkun stampat fil-Freedom Press. Wara huwa ingħaqad mal-Union Press bħala sub-editor mal-ġurnal bl-Ingliż ‘Malta News’. Għamel xi żmien fid-Dipartiment tal-iSports qabel fl-1981 inħatar editor tal-ġurnal ‘l-Orizzont’. Dam f’din il-kariga aktar minn 11-il sena, għax fis-sena 1993 huwa ingħaqad mal-gazzetta ‘KullĦadd’, (ukoll tal-Partit Laburista) bħala Editur Eżekuttiv, liema kariga dam jokkupaha sakemm irtira mix-xogħol disa’ snin ilu.

Send this to a friend