Daqshekk se ttella' bagalja żgħira mingħajr ħlas fuq titjira tar-Ryanair | One News

Notifiki

Daqshekk se ttella’ bagalja żgħira mingħajr ħlas fuq titjira tar-Ryanair

Dawk li se jsiefru mal-linja tal-ajru Ryanair u li se jkollhom hand-luggage, jiġifieri bagalja żgħira, mhux se jkunu qed jitħallew itellgħuha magħhom fuq l-ajruplan, fejn filwaqt li s-soltu titpoġġa fil-kompartament ta’ fuq is-seat dawn se jkunu qed jitniżżlu mal-kumplament tal-bagalji fl-ajruplan. Dan sabiex jinkoraġixxu aktar klijenti jagħmlu użu minn bagalji ‘check-in’ u b’hekk jitħaffef il-proċess.

Jekk wieħed ikun jixtieq li jġorr il-bagalja żgħira miegħu fuq l-ajruplan, wieħed irid iħallas passaġġ ta’ prijorità li jkun jista’ jħallas sa siegħa qabel ma titlaq it-titjira.

Dan kollu mill-1 ta’ Novembru.

Ryanair sostniet li minħabba li qed ikun hemm ħafna passiġġieri li qed itellgħu magħhom bagalja żgħira, il-proċess sakemm kulħadd jitla’ fuq l-ajruplan qed idum ħafna u b’hekk qed ikun hemm dewmien minħabba li xi kultant ma jkunx hemm biżżejjed spazju għal bagalji żgħar kollha li jittellgħu.

Kull min se jkollu bagalja żgħira u ma jkollux il-passaġġ ta’ prijorità, il-bagalja żgħira se tkun qed titpoġġa mal-bagalji l-oħra xorta bi ħlas.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend