BIL-FILMAT: Sewwieq ta' mutur bi ġrieħi gravi wara inċident f'San Pawl il-Baħar | One News

Notifiki

BIL-FILMAT: Sewwieq ta’ mutur bi ġrieħi gravi wara inċident f’San Pawl il-Baħar

 

Sewwieq ta’ mutur ta’ 58 sena qed isofri minn ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku f’San Pawl il-Baħar. 

Il-każ seħħ għall-ħabta tad-9:00 ta’ dalgħodu fi Triq il-Mosta f’San Pawl il-Baħar meta mutur tat-tip Kymco Agility misjuq mil-vittma, Taljan ta’ 58 sena, ħabtet ma’ vettura tat-tip Toyota Aygo misjuqa minn tfajla ta’ 22 sena residenti San Ġwann.

Fuq il-post issejħet ambulanza fejn ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-isptar Mater Dei biex jingħata l-kura meħtieġa.

Huwa qed isofri minn ġrieħi gravi

Ritratt+Filmati: Simeon Nechev

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend