ARA: Jgħinu lin-nies inaqqsu l-konsum tal-enerġija – One News

ARA: Jgħinu lin-nies inaqqsu l-konsum tal-enerġija

Qatt ħsibt li xi apparat li qed tuża f’darek qed jaħli iżjed enerġija milli suppost?

Din kienet inizjattiva li għamlu l-Aġenzija tal-Enerġija u l-Ilma u l-LEAP. Dawn żaru iktar minn 500 dar ta’ persuni identifikati bħala vulnerabbli f’Malta u Ghawdex, u ġew magħżula 250 dar li mingħajr ma jafu, kienu qed jużaw konsum għoli ta’ enerġija b’appliances antiki u li jaħlu ħafna aktar dawl minn dawk moderni.

Il-Ministru għall-Enerġija Joe Mizzi spjega kif dan kien sforz kollettiv bl-iskop ewlieni li persuni vulnerabbli jiġu mgħejjuna biex ikollhom ħajja aħjar b’inqas spejjeż fil-konsum. B’hekk, il-Gvern qed ikompli jżid l-għarfien dwar l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u l-konservazzjoni tal-ilma, tant , li din il-miżura timxi mal-Pjan Nazzjonali dwar l-Effiċjenza tal-Enerġija sal-2020.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend