Ara f'liema futur tista' tkun qed tgħix 30 sena oħra | One News

Notifiki

Ara f’liema futur tista’ tkun qed tgħix 30 sena oħra

Il-kunċett ta’ kif se jkun il-futur tagħna u ta’ wliedna 30 sena oħra hija t-tema esplorata mill-grupp Awstrijak  f’esebizzjoni interattiva bl-isem ‘Cabinet of the Future’. Dan il-grupp ta’ seba’ artisti beda jaħdem fuq dan il-proġett fl-2016, b’sensiela ta’ workshops f’Malta fejn dawk preżenti iddiskutew mal-artisti kif jixtiequ li jkun il-futur tagħhom. Minn dawn l-ideat, l-artisti bl-għajnuna ta’ aktar minn 100 persuna, ħarġu b’din l-esebizzjoni fejn b’mod tanġibbli qed juru dawn l-ideat diversi. Dan kollu bil-għan li jqajmu aktar diskussjonijet dwar il-futur.Il-koordinatur tal- programmi fi ħdan il-Fondazzjoni Valletta 2018, Joanne Attard Mallia, spjegat kif dawn l-artisti kontemporanji jħarsu lejn l-arti b’mod differenti, hekk kif jiffukaw fuq il-futur – xi ħaġa li bhala l-Kapitali Ewropea tal-Kultura rridu li jsir hekk kif resqin lejn it-tmiem ta’ din is-sena.

Preżenti wkoll kien hemm il-Kapillan ta’ Birkirkara Josef Mifsud, li qed isellef il-faċilitajiet tal-lokal għall-proġett. Huwa stqarr li hekk kif il-pont fil-bidu tal-esebizzjoni jistiednek tidħol mill-preżent għall-futur, hekk ukoll tagħmel il-Knisja, xi ħaġa li trid il-ħsieb biex tagħmilha.

Dan qed isir bħala parti mid-diversi inzjattivi oħra ta’ Valletta 2018, u wieħed jista’ jżur l-esebizzjoni fiċ-Ċentru San Ġużepp Ħaddiem f’Birkirkara sal-24 ta’ Novembru li ġej.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend