FILMAT: MOODY'S TIKKONFERMA R-RATING TA' MALTA FIL-LIVELL TA' A3 BI PROSPETTI POŻITTIVI | One News

Notifiki

FILMAT: MOODY’S TIKKONFERMA R-RATING TA’ MALTA FIL-LIVELL TA’ A3 BI PROSPETTI POŻITTIVI

L-aġenzija tal-kreditu Moodys’ ikkonfermat ir-rating ta’ pajjiżna fil-livell ta’ A3 bi prospetti pożittivi.

Fl-aħħar analiżi tagħha tal-ekonomija Maltija, l-ekonomisti tal-aġenzija tal-kreditu rrimarkaw il-progress li qiegħda tagħmel Malta biex tnaqqas id-dejn tas-settur pubbliku u l-prospetti ta’ tisħiħ fiskali fl-isfond ta’ ekononija b’saħħitha.

L-aġenzija tal-kreditu qalet li mistennija ttejjeb ir-rating ta’ Malta għal A2 f’każ li Malta tkompli ttejjeb il-qagħda finanzjarja tagħha.

L-ekonimisti ta’ Moody’s osservaw ukoll it-tkabbir ekonomiku b’saħħtu ta’ Malta, dħul akbar ras għal ras u punteġġi għoljin ħafna dwar il-kompetittività globali. Ingħad li waqt li ċ-ċokon ta’ Malta jagħmeilha suxxettibbli għal daqqiet minn barra, Malt tinsab f’qagħda tajba li tilqa’ għal dawn id-daqqiet minħabba livell għoli ta’ kompetittività kif ukoll livell għoli ta’ ġid.

L-aġenzija kellha kliem ta’ tifħir għas-saħħa tal-istatituzzjonjiet Maltin li jirriflettu l-qafas b’saħħtu ta’ pajjiżna u t-tisħiħ tal-istituzzjonijiet.

Moody’s tagħraf ukoll li l-isforzi li għamlet Malta biex issaħħaħ il-qagħda finanzjarja tagħha qegħdin jagħtu l-frott tagħhom hekk kif is-surplus ta’ pajjiżna mistenni jkun madwar 2.5 fil-mija matul din is-sena u s-sena d-dieħla. Ingħad li dan il-fattur flimkien ma’ tkabbir ekonomiku b’saħħtu mistenni jkompli jnaqqas id-dejn ta’ pajjiżna meta mqabbel mal-Prodott Domestiku Gross.

L-aġenzija tqis ukoll li r-riskju mis-settur bankarju huwa baxx, imsejjes fuq id-daqs relattiv tas-settur fl-ekonomija u s-saħħa finanzjarja tal-istituzzjonijiet finanzjarji Maltin fost oħrajn.

Mood’s tinnota li minkejja r-restrizzjonijiet tas-suq tax-xogħol f’Malta, iż-żieda fil-ħaddiema barranin u żieda fil-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol.

Ir-rapport jinnota wkoll li t-tkabbir ekonomiku ta’ Malta se jibqa’ b’saħħtu matul din is-sena u s-sena d-dieħla.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend