Mistenni urugan perikoluż fil-Hawaii | One News

Notifiki

Mistenni urugan perikoluż fil-Hawaii

L-istat Amerikan Hawaii qed jipprepara ruħu għal urugan perikoluż ta’ kategorija erbgħa li jaf jolqot il-gżejjer l-Erbgħa filgħaxija ħin tal-post.

Il-maltempata Lane tniżżlet għal maltempata f’kategorija erbgħa, b’irjiħat li jleħqu l-250km fis-siegħa, iżda l-uffiċjali qed jgħidu li xorta għadha viċin is-saħħa ta’ kategorija ħamsa.

It-tbassir tat-temp qed jgħid li l-gżejjer se jaffaċċjaw irjiħat b’saħħithom u mewġ kbir, anke jekk il-maltempata ma tmissx mal-art.

L-aħħar maltempata ta’ kategorija ħamsa li ġiet daqshekk viċin tal-Hawaii kienet John fl-1994.

Is-Servizz Nazzjonali tat-Temp ippulika twissija ta’ urugan għal Big Island u twissija għall-għassa ta’ urugan għal gżejjer Oahu, Maui, Molokai u Lanai.

Il-flotta navali ħabbret li vapuri u sottomarini li huma bbażati f’Pearl Harbour se jinħarġu ‘l barra fil-baħar fejn se jkunu ‘l bogħod mill-passaġġ tal-maltempata.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend