Kurt Cassar għall-kampjonat taljan A2 tal-Basketball | One News

Notifiki

Kurt Cassar għall-kampjonat taljan A2 tal-Basketball

Il-plejer żagħżugħ Malti Kurt Cassar se jkun qed ikompli bil-karriera tiegħu fl-Italja hekk kif ingħaqad mal-klabb tal-kampjonat tas-Serie A2 Bakery Piacenza.

Cassar, li għad għandu 19-il sena, ilu għal dawn l-aħħar snin jilgħab fl-Italja l-ewwel fil-kampjonat tas-Serie C u f’dawn l-aħħar żewġ staġuni fil-kampjonat ats-Serie B. Issa se jkun qed jilgħab għall-ewwel darba fil-kampjonat A2.

Cassar huwa wieħed mill-aqwa plejers lokali tal-Basketball. Kien parti mit-tim Nazzjonali Malti li xahar ilu rebaħ il-Kampjonat Ewropew tal-FIBA għall-Pajjiżi ż-Żgħar.

Is-sena l-oħra, rebaħ ukoll l-unur tal-aqwa plejer fil-Kampjonat Ewropew tal-FIBA Diviżjoni Ċ ta’ taħt it-18-il sena li kien sar f’Ċipru.

L-ewwel logħba ta’ Cassar ma’ Bakery Piacenza tkun fis-7 ta’ Ottubru kontra t-tim ta’ Cento.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend