Jintbagħat sitt xhur ħabs wara li kien fil-pussess ta' droga u arma | One News

Notifiki

Jintbagħat sitt xhur ħabs wara li kien fil-pussess ta’ droga u arma

Tuneżin intbagħat sitt xhur ħabs u ġie mmultat €118 wara li fil-Qorti ammetta li kien fil-pussess ta’ raża tal-Kannabis, li seraq basket li kien fih diversi oġġetti kif ukoll li kien fil-pussess ta’ arma li taqta u bil-ponta mingħajr liċenzja tal-pulizija. Il-Każ seħħ tard l-Erbgħa wara nofsinhar f’Birkirkara.

Quddiem il-Maġistrat Yana Micallef Stafrace Walid Ben Muftah ammetta l-akkużi miġjuba kontrih u għalhekk ingħata sentenza ta’ priġunerija. Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Elton Taliana.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend