Is-sensiela Big Bang Theory tasal fl-aħħar | One News

Notifiki

Is-sensiela Big Bang Theory tasal fl-aħħar

Is-sensiela Amerikana The Big Bang Theory se xxandar l-aħħar episodju tagħha fl-2019, u b’hekk tiġi fi tmiemha waħda mill-itwal sensiliet fl-istorja tal-Istati Uniti.

It-12 u l-aħħar staġun se jibda fl-24 ta’ Settembru u mistenni jintemm f’Mejju.

Miġbud f’Pasadena f’Kalifornja, is-sensiela oriġinarjament iffukat fuq żewġ fiżiċi u l-ġara tagħhom li kienet qed taspira li ssir attriċi.

Is-sensiela The Big Bang Theory attirat iktar minn 12-il miljun segwaċi kull sena mindu s-sitt staġun ixxandar fl-2012.

It-tim tal-produzzjoni u l-kumpanija televiżiva CBS qalu fi stqarrija konġunta li huma grati għal dejjem lejn l-ammiraturi tagħhom.

Is-sensiela rebħet seba Emmys minn 46 nominazzjoni, fosthom rebħiet fl-Outstanding Lead Actor għal Jim Parsons, li jinterpreta l-karattru ta’ Sheldon Cooper.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend