Ippubblikat messaġġ bl-awdjo mill-mexxej tal-Istat Iżlamiku | One News

Notifiki

Ippubblikat messaġġ bl-awdjo mill-mexxej tal-Istat Iżlamiku

L-hekk imsejjaħ Stat Iżlamiku ppublika messaġġ bl-awdjo li jidher li ġej mill-mexxej tagħhom Abu Bakr al-Baghdadi.

Fil-messaġġ, l-ewwel wiħed minn Settembu tas-sena l-oħra, il-vuċi tindirizza lill-partitarji tal-Istat Iżlamiku.

Għalkemm l-awdjo m’għandux data, jidher li qed jagħmel referenza lejn ġrajjiet riċenti, fosthom id-ditenzjoni ta’ qassis Amerikan fit-Turkija.

L-Istat Iżlamiku tilef ħafna mit-territorju li kellu fil-passat fis-Sirja u l-Iraq. Is-sena l-oħra, il-grupp kien sfurzat ‘il barra minn Raqqa u Mosul, minn fejn Baghdadi ħabbar il-bidu tal-kalifat tal-Istat Iżlamiku fl-2014.

Skont Reuters, fl-awdjo Baghdadi jgħid li l-iskala tar-rebħa jew telfa ma tiddependix minn belt jew raħal li jinsterqu, u lanqas hi soġġetta għas-superjorita fl-ajru, missili interkontinetali jew bombi kkontrollati

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend