Aġġornat: Il-Ministeru għall-Ambjent infurmat li m'hemmx periklu għal-ħruq tal-ballun tan-nar | One News

Notifiki

Aġġornat: Il-Ministeru għall-Ambjent infurmat li m’hemmx periklu għal-ħruq tal-ballun tan-nar

Il-Ministru għall-Ambjent huwa nfurmat mill-ERA li, fil-każ tal-ħruq tal-ikbar ballun tan-nar li qatt sar Malta li se jsir għada fiż-Żurrieq, kull aspett ambjentali kien ikkunsidrat u ma hemm ebda periklu.

Fi stqarrija, il-Ministeru qal li sar assessjar adekwat skont il-liġi, biex ikun assigurat li ma jkunx hemm impatt fuq il-fawna u l-ambjent naturali tal-madwar waqt il-ħruq tal-ballun tan-nar għada. B’hekk, l-ambjent tal-madwar ma jinsab f’ebda periklu. 

Iktar kmieni, il-Birdlife qed toġġezzjona għall-ħruq tal-ikbar ballun tan-nar li qatt sar f’Malta. Qalet dan fi stqarrija, fejn spjegat li dan se jinħaraq fiż-Żurrieq u viċin ta’ Filfla, gżira fejn diversi għasafar tal-baħar ibejtu.

Il-ħruq tal-ballun se jaffettwa minn tal-inqas tliet siti ta’ Natura 2000, u se jsir bejn żewġ siti protetti fil-baħar.

Għalhekk, Birdlife Malta qed toġġezzjona għal dan il-ħruq u talbet lill-awtoritajiet involuti sabiex jieħdu azzjoni.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend