Erba' xhur ħabs kull wieħed wara li serqu kartiera | One News

Notifiki

Erba’ xhur ħabs kull wieħed wara li serqu kartiera

Żewġ nisa Rumeni ngħataw sentenza ta’ erba’ xhur ħabs wara li serqu kartiera minn fuq turista fil-Belt Valletta.

Genoveva Stoilova Nel u Ilyana Ilieva tressqu l-Qorti dalgħodu, akkużati li lura fil-21 ta’ Ġunju, serqu kartiera mingħand turista minn ħanut tal-ħwejjeġ fi Triq Santa Luċija fil-Belt Valletta. 

Minkejja li d-difiża kkontestat il-validità tal-filmati tas-sigurtà, il-Maġistrat Joe Mifsud stqarr li l-filmati ma jħallux dubju fuq min kienu l-persuni li wettqu dan ir-reat. 

Il-Maġistrat Mifsud għalaq is-sentenza tiegħu billi stqarr li minkejja li pajjiżna hu magħruf għall-qalb tajba tiegħu, hu inaċċettabli li naċċettaw każijiet bħall dawn ikkawżati minn persuni barranin speċjalment meta r-reat seħħ fuq turista li ġiet tgawdi l-pajjiżna għal ftit jiem. 

Iż-żewġ nisa, li waħda minnhom qed tistenna tarbija, ġew ikkundannati 4 xhur ħabs kull wieħed.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend