Malta b'fama ta serjetà fil-qasam tal-użu tal-Kannabis mediċinali | One News

Notifiki

Malta b’fama ta serjetà fil-qasam tal-użu tal-Kannabis mediċinali

Il-każ tat-turist li t-Tlieta li għadda tressaq il-qorti fuq pussess ta’ droga u li l-Pulizija kkonfermat li ma kinitx taqa’ taħt id-definizzjoni ta’ kannabis għall-użu mediċinali qajjem diskussjoni dwar l-użu tal-kannabis mediċinali f’Malta.

Ma’ One News iċ-Chairman tal-Awtorità tal-Mediċini, il-Professur Anthony Serracino Inglott qal li l-iskop tal-liġi kien li min għandu bżonn l-użu tal-kannabis għal raġunijiet mediċinali jkun jista’ jużaha.

 Il-professur Anthony Serracino Inglott qal li f’Malta biex tuża l-kannabis irid ikollok riċetta mit-tabib, permess mis-supretendent tas-saħħar publika li jrid ikollok il-control card u d-differenza mill-mediċini l-oħra ikkontrolati huwa li din id-darba l-karta ma tistax toħroġ b’emerġenza ġifieri wieħed irid ikun stabilit li ser jieħu din il-mediċina għax intużaw il-mezzi l-oħra kollha li ma ħadmux.

Mistoqsi jekk persuna tistax tixtri l-kannabis mediċinali u timportaha f’malta, il-professur spega kif hemm ċertu kundizzjonijiet li wieħed irid joqgħod attent għalihom. Hawnhekk Serracino Inglott qal li l-liġi tagħmilha ċara u tonda li hawn malta l-unika kannabis għall-użu tal-kannabis mediċinali li jista’ jintuża huwa dak li jiġi imanufaturat skont xi mp, jiġi impurtat skont il-proċedura normali għall-mediċini kollha.

Il-professurqal li m’hemmx bżonn tibdil f’din il-liġi hekk kif il-bidu sar b’reqqa kbira tant li kumpaniji oħra tal-kannabis mediċinali qed jinvestu f’pajjiżna. Dan hekk kif, is-sistema f’Malta turi element ta’ għarfien xjentifiku.

 

Il-Professur Serracino Inglott saħaq li s-sistema ta’ Malta qed tiġbed interess minn bosta pajjiżi mhux biss Ewropew. Huwa temm billi saħaq li tista’ tgħid kull ġimgħa aħna jkollna vista minn xi ħadd li jrid jara kif qed tinħadem is-sistema. S’issa l-fama tal-pajjiż hija ogħlja ħafna. L-idea ta’ barra li qed iħarsu lejn malta hija li hawn knowledge xjentifiku fuq is-suġġett u li mexjin tajjeb ħafna.

 

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend