Tlett plejers sospiżi mill-Kummissarju tad-dixxiplina tal-MFA | One News

Notifiki

Tlett plejers sospiżi mill-Kummissarju tad-dixxiplina tal-MFA

Wara li intlagħbet l-ewwel ġurnata ta’ logħob mill-Kampjonat Premier, illum wara nofsinhar il-kummissarju tad-dixxiplina tal-MFA ħabbar is-sospensjonijiet tiegħu fejn ġew sospiżi tlett plejers.

Ricardo Duarte Calixto Correa ta’ Balzan kien l-aktar plejer milqut hekk kif ġie sospiż tlett logħbiet u ghalhekk ser jitlef il-konfronti kontra Qormi FC, Senglea Athletic FC u Mosta rispettivament.

Jalo Ishaya Irmiya ta’ Pieta Hotspurs u Adrian Borg ta’ St. Andrews ġew sospizi logħba kull wieħed u għalhekk ser jitilfu l-logħbiet tat-tmiem il-ġimgħa kontra Birkirkara FC u Tarxien Rainbows FC rispettivament.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend