Tifla ta' tmien snin salvata mill-għargħar fl-Italja | One News

Notifiki

Tifla ta’ tmien snin salvata mill-għargħar fl-Italja

Tifla ta’ tmien snin ġiet salvata flimkien ma’ 23 persuna oħra wara li għargħar ħakmu l-park nazzjonali ta’ Pollino fin-Nofsinhar tal-Italja. 10 persuni oħra tilfu ħajjithom. 

It-tifla, li qed issofri mill-ipotermija, kienet salvata tul il-lejl li għadda hekk kif l-operazzjonijiet ta’ salvataġġ għadhom għaddejjin. Uffiċċjali fuq il-post qed jgħidu li jinsabu ċerti li l-ġenituri tagħha huma fost il-vittmi.

Fil-fatt, it-tifla nstabet fi stat qawwi ta’ xokk biswit katavru.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend