Se jitħallsu persentaġġ mill-paga qabel lil ħaddiema ta' Skolasajf | One News

Notifiki

Se jitħallsu persentaġġ mill-paga qabel lil ħaddiema ta’ Skolasajf

Il-Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi (FES) qed tinforma li ser jinħareg persentaġġ mill-paga bil-quddiem lil dawk il-ħaddiema ta’ Skolasajf li sa issa għadhom ma ħadux paga, waqt li se tkun qed introduċi sistema operattiva ġdida biex il-pagamenti ta’ persuni li jaħdmu part time ikunu regolati mis-sena li ġejja.

Din is-sena, applikaw iktar minn 12,100 tifel u tifla, jiġifieri żieda ta’ iktar minn 700 tifel u tifla mis-sena li għaddiet. Dawn qed jaħdmu f’59 ċentru madwar Malta u Għawdex.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend