L-ewwel għotjiet ta' €10,000 lil 17-il koppja li jixtiequ jadottaw tarbija | One News

Notifiki

L-ewwel għotjiet ta’ €10,000 lil 17-il koppja li jixtiequ jadottaw tarbija

Sa tmiem ta’ din il-ġimgħa, 17-il koppja f’Malta u Għawdex li adottaw tifel jew tifla minn barra l-pajjiż se jirċievu ċekk ta’ €10,000 kull wieħed mingħand il-Gvern biex jgħinhom itafffu mill-ispejjeż li ħallsu biex adottaw tfal minn barra l-pajjiż.

Dan wara li mill-10 ta’ Ottubru tas-sena li għaddiet sa issa, dawn il-koppji kisbu digriet mill-Qrati jew temmew b’suċċess il-proċess ta’ adozzjoni.

Din l-għotja hija l-ewwel waħda tax-xorta tagħha fejn se titwettaq miżura mħabbra fil-budget għal din is-sena u wegħda elettorali oħra tal-Gvern.

Il-Gvern permezz tal-Ministeru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali se joħroġ massimu ta’ €170,000 li minnhom ser ikunu qegħdin itaffu l-ispejjeż li jgħaddu minnhom familji adottivi li jinkludu biljetti tal-ajru, akkomodazzjoni fil-pajjiż minn fejn it-tfal ser jiġi adottati, kif ukoll kontijiet b’rabta ma’ dokumenti li ġew maqluba minn lingwa għall-oħra.

Il-proċess ta’ adozzjoni jiswa eluf kbar ta’ ewro u l-ispejjeż ivarjaw minn pajjiż għall-ieħor.

Ma’ One News, il-Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni għas-Servizzi Soċjali Alfred Grixti spjega kif din l-għajnuna ser ttaffi mill-piż li jgħaddu minnhom il-ġenituri adottivi. Dan hekk kif aktar minn nofs l-ispejjeż dovuti jmorru għall-aġenziji li jagħmlu l-kuntatti mal-pajjiżi minn fejn it-tfal jistgħu jiġu addottati.

Is-Sur Grixti spejga li hemm għax koppji oħra li applikaw u ppreżentaw l-irċevuti sabiex ikunu jistgħu jibbenefikaw minn din l-għotja.

Grixti żied jgħid li minkejja li sa tmiem din il-ġimgħa, 17-il familja adottiva ser jirċievu ċ-ċekkijiet, il-Gvern diġà nieda t-tieni proċess ħalli b’hekk dawk kollha li applikaw u li kienu eleġibbli għal dawn il-fondi jkunu jistgħu jirċevuhom f’qasir żmien.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend