L-attentat li jxejnu l-inkjesta Egrant imur kontra r-'rule of law' | One News

Notifiki

L-attentat li jxejnu l-inkjesta Egrant imur kontra r-‘rule of law’

L-opinjonista u ħassieb Martin Scicluna saħaq li l-attentat tal-familja Caruana Galizia li jitfgħu dell fuq l-eżitu tal-inkjesta Egrant qiegħed biss imur kontra r-‘Rule of Law’ f’pajjiżna.

F’artiklu f’The Times, is-Sur Scicluna qal li dan l-aġir jikkuntrasta bil-kbir ma’ dak li kienu jisħqu l-istess familja u dawk kollha li rikbu fuq l-allegazzjonijiet ta’ Daphne Caruana Galizia tant li kienu jaġixxu daqs li kieku kienu paladini tar-Rule of Law. Saħaq li l-eżitu tal-inkjesta Egrant ma jħalli ebda dubju li l-allegazzjonijiet ta’ Caruana Galizia kienu biss akkużi infondati. Saħaq li issa l-istess persuni li rikbu fuq l-allegazzjonijiet infondati li l-kumpanija Egrant kient tal-mart il-Prim Ministru qed jirkbu wkoll fuq l-attentat tal-familja Caruana Galizia li jitfgħu dubji fuq l-eżitu tal-inkjesta.

Dan billi jisħqu li ma jistax ikun li l-inkjesta ma sabitx ta’ min hi l-kumpanija Egrant u li ġiet ippubblikata biss il-konklużjoni tal-inkjesta. Scicluna jgħid li huwa wkoll jitlob li l-inkjesta tiġi ppublikata kollha, mhux għax jemmen li jista’ jkun hemm xi informazzjoni li xxejjen il-konklużjonijiet, iżda biex il-pubbliku jkun jista’ jiżen oġġettivament il-ħtija u r-responsabbilità ta’ dawk li ffrodaw, ffalsifikaw dokumenti u xehdu falz. Dan kollu f’attentat pervers biex idallmu isem il-Prim Ministru għall-iskopijiet malizzjużi politiċi tagħhom.

Fl-artiklu tiegħu, is-Sur Scicluna jtenni li l-pubblikazzjoni tal-inkjesta fl-intier tagħha possibbilment titfa’ dawl dwar il-konfoffa li saret biex ixxekkel il-ġustizzja. Dan b’referenza ċara għal min ippreżenta dokumenti foloz lill-qorti.

Huwa qal li baqa’ mistgħaġeb kif uħud f’pajjiżna għadhom qed idaħħlu rashom fir-ramel meta jipprovaw jinjoraw l-evidenza ppreżentata fl-inkjesta.  Minflok qal li jibqgħu jemmnu l-gideb li jkunu xerrdu.  Sostna li l-eżitu tal-inkjesta ħalla diżastru fost dawk li ħadmu, xerrdu u emmnu din il-gidba li mhux biss wasslet għall-akbar telfa elettorali li partit qatt ġarrab fl-istorja elettorali ta’ pajjiżna iżda għall-qasma kbira fil-partit Nazzjonalista.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend