Il-ballun tan-nar Shell of Shells se jinħaraq nhar il-Ġimgħa | One News

Notifiki

Il-ballun tan-nar Shell of Shells se jinħaraq nhar il-Ġimgħa

Nhar il-Ġimgħa li ġej se jinħaraq il-ballun uniku Shell of Shells, li oriġinarjament sar għall-għeluq tal-Valletta Pageant of the Seas. Minħabba raġunijiet tat-temp kien pospost għal ġurnata oħra.Il-ballun, li huwa xogħol il-Kamra tan-Nar tas-Soċjetà Santa Katerina taż-Żurrieq, se jinħaraq minn fuq il-baħar permezz ta’ barkun 3.3 kilometri ‘l bogħod mix-xatt ta’ Wied iż-Żurrieq u 3.3 kilometri ‘l bogħod minn Filfla.

Il-ħruq tal-ballun se jsir fl-22:00. Bħal kull avveniment ieħor ta’ din ix-xorta, l-attività hi dipendenti minn kundizzjonijiet favorevoli tat-temp, filwaqt li saru studji, u se jiġu osservati l-aqwa prattiċi ambjentali matul l-attività kollha.

Il-Fondazzjoni Valletta 2018 tistieden lill-pubbliku sabiex jattendi għal din l-attività

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend