Għaliex qed jaqagħli xagħri? | One News

Notifiki

Għaliex qed jaqagħli xagħri?

Huwa minnu li l-irġiel għandhom ċans jitilfu xagħarhom iżjed min-nisa iżda li x-xagħar jeħfief u jista’ jkun ukoll li jaqa’ hija komuni wkoll fin-nisa.

Pero’ dejjem tista’tieħu ħsieb xagħarek minn meta tkun għadek żgħir.

Fost l-irġiel hemm min saħansitra jitlef xagħaru fl-età ta’ 16-il sena. Kundizzjonijiet bħal Thyroid, anemia, nuqqas ta’ proteini u l-kimoterapija wkoll iħaffu l-proċess. Jingħad ukoll li użu eċċessiv ta’ ġel speċjalment jekk dan ma taħslux minn max-xagħar qabel torqod ukoll ma jagħmilx ġid. Lanqas żebgħa spissa fuq ix-xagħar ma tgħin daqshekk, speċjalment jekk inti tibda tiżbogħ xagħarek minn età żgħira.

Il-qoxra jew inkella l-brijja tgħalaq il-pori tal-ġilda ta’ fuq il-basla tax-xagħar u allura ma tħallix l-arja neċessiva tidħol fir-ras. Huwa importanti li wieħed jitkellem mat-tabib tiegħu jew dermatoloġisti li jgħinuk u jtuk parir jekk inti tbati minn dawn il-kondizzjonijiet. Jeżistu medikazzjonijiet apposta biex taħsel xagħarek bihom u li jgħinu biex ix-xagħar jistrieħ minn stress żejjed.
Ovvjament la ssemma l-istress, dan ma jgħinx jekk inti għandek xagħar irqiq. Prova ħu s-sitwazzjonijiet iżjed bil-kalma. Importanti li tqis xagħarek bħala prijorità fil-kumplament ta’ ġismek mhux biss għad-dehra iżda wkoll biex inti tħossok aħjar u b’saħħtek.
Għal aktar informazzjoni relatat tkellem ma’ persuni professjonali fil-qasam.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend