Draw ta' mingħajr gowls f'logħba ta' ħbiberija għat-tim nazzjonali Malti U19 | One News

Notifiki

Draw ta’ mingħajr gowls f’logħba ta’ ħbiberija għat-tim nazzjonali Malti U19

It-tim nazzjonali Malti ta’ taħt il-19 il-sena ilbieraħ lagħab partita ta’ ħbiberija kontra t-tim nazzjonali tal-Maċedonja ta’ taħt il-17 il-sena bil-partita tintemm 0 – 0, logħba li intlagħbet fic-Centenary Stadium.

Din kienet l-ewwel logħba għal kowċ il-ġdid tat-tim Malti Winston Muscat li qed ikun assistit minn Charles Scerri.  L-avversarji kienu l-aħjar tim fl-ewwel 30 minuta iżda t-tim Malti tjieb mal-ħin u anke kellu ċans tajjeb li jiftaħ l-iskor permezz ta’ Andrei Spiteri lejn tmiem l-ewwel taqsima.

Fit-tieni taqsima l-partita kienet aktar bilanċjata bl-ebda tim pero ma jirnexxilu jsib ix-xibka.

Din il-logħba kienet waħda mill-logħbiet ta’ preparazzjoni għat-tim nazzjonali Malti qabel jibda l-kampjonat ewropew f’Otturbu fejn it-tim Malti irid jaffaċċja l-qawwa ta’ Franza, l-Belġju u l-Litwanja.

Intant it-tim nazzjonali Malti ta’ taħt il-17 il-sena għada u s-sibt ser jilagħbu żewġ partiti ta’ ħbiberija kontra t-tim nazzjonali ta’ taħt is-17 il-sena tal-Macedonja fic-Centenary Stadium.  It-tim Malti, taħt il-gwida ta’ Noel Turner u l-assistant tieghu Mark Marlow, ser ikunu qed jużaw din il-partita bħal parti mill-preparazzjoni għat-turnament li ser jipparteċipaw fih fl-Italja matul il-ġimgħa d-dieħla.

Ritratt: Stephen Gatt

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend