L-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur jordna aġenzija tal-ivvjaġġar biex tonora l-obbligi mal-klijenti – One News

Notifiki

L-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur jordna aġenzija tal-ivvjaġġar biex tonora l-obbligi mal-klijenti

L-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur, l-MCCAA, ordnat biex l-aġenzija tal-ivvjaġġar A.P.C Travel Bureau Limited, b’mod immedjat tieqaf tieħu bookings għall-ivvjaġġar kif ukoll li tonora l-prenotazzjonijiet eżistenti. Dan wara diversi twissijiet maħruġa mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu u fuq ir-rakkommandazzjoni tal-Bord tat-Tmexxija tal-Fond għall-Insolvenza tal-istess Awtorità.

Fi stqarrija, l-MCCAA fakkret li fit-2 ta’ Awwissu, l-aġenzija kellha l-liċenzja tagħha meħuda mill-MTA wara diversi ilmenti relatati ma’ każijiet rigward bookings imħallsin minn qabel u li ma ġewx ikkonfermati, minkejja wegħdiet min-naħa tal-kumpanija li s-sitwazzjoni ser tittranġa. Kien hemm numru ta’ lmenti li ġew reġistrati għand l-AwtoritàMaltija għat-Turiżmu, u ż-żewġ entitajiet qed jaħdmu flimkien fuq dan il-każ sabiex jiggwidaw lill-konsumaturi.

L-MCCAA se tkun qed tanalizza u tikkunsidra x’azzjonijiet jistgħu jittieħdu kontra din l-aġenzija.

Intant, ilmenti jew mistoqsijiet rigward din il-kumpanija għandhom jiġu ndirizzati lill-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur fuq [email protected], fuq freephone 8007 4400 jew fuq 23952000. Wieħed jista’ wkoll jirreġistra l-ilment onlline fuq https://mccaa.org.mt/home/complaint.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend