Il-Maltin iżidu fis-safar- siefru iktar minn 146,000 bejn April u Ġunju | One News

Notifiki

Il-Maltin iżidu fis-safar- siefru iktar minn 146,000 bejn April u Ġunju

Fit-tieni kwart ta’ din is-sena, 146,162 Malti siefru barra mill-pajjiż. Numru li jfisser żieda ta’ 16.5%  meta mqabbel mal-istess perjodu fl-2017.

Ċifri ppublikati mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru li bejn April u Ġunju, il-vjaġġi lejn pajjiżi mhux tal-Unjoni ewropea żdiedu bi kważi 40%.  L-Italja u r-Renju Unit baqgħu l-iktar destinazzjonijiet popolari mal-Maltin, hekk kif ammontaw għal 49% tal-vjaġġi kollha.

Kien hemm ukoll żieda fl-ammont ta’ ljieli, hekk kif dawn żdiedu b’iktar minn 3%, u ammontaw għal iktar minn 943,000 lejl. Il-maġġoranza ta’ dawn saru fi stabbilimenti t’ akkomodazzjoni.

In-nefqa wkoll żdiedet meta mqabbla mal-istess kwart tas-sena l-oħra. Jirriżulta li kien hemm żieda ta’ iktar minn 9%, u ammontat għal medja ta’ €809 kull safra.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend