Il-Maltin it-tieni l-iktar li nonfqu waqt li nkunu fuq btala – One News

Notifiki

Il-Maltin it-tieni l-iktar li nonfqu waqt li nkunu fuq btala

Il-Maltin huma t-tieni l-iktar li jonfqu flus waqt li jkunu fuq btala mill-pajjiżi Ewropej, skont ċifri maħruġa mill-Eurostat.

Ċifri li jkopru s-sena 2016 juru li persuni Maltin li għamlu minn tal-inqas lejl wieħed imsiefrin nefqu massimu ta’ €645.68. B’hekk, il-Maltin huma fit-tieni post f’din l-istatistika wara persuni mill-Lussemburgu, li jonfqu sa €767.77 meta jsiefru fuq btala.

L-inqas li jonfqu humma nies mir-Rumanija, li jonfqu €124.76, u nies mill-Latvja, li jonfqu mal-€107.62 meta jkunu fuq btala.

In-nefqa medja ta’ turisti minn pajjiżi Ewropej li siefru tul l-2016 kienet ta’ €336.

 

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend