Emozzjonat fl-awla wara li kiser l-ordni ta' probation | One News

Notifiki

Emozzjonat fl-awla wara li kiser l-ordni ta’ probation

Tristan Tedesco inżamm arrestat wara li fil-Qorti ammetta li kiser l-ordni ta’probation imposta fuqu mill-Qorti, kif ukoll li kien riċediv.

Viżibilment emozzjonat, huwa ammetta l-akkużi miġjuba kontrih b’rabta ma’ serq minn residenza f’Birkirkara għad-dannu ta’ familja. Il-każ seħħ f’Lulju li għadda għall-ħabta tal-17:30 ta’ filgħaxija. F’dan il-każ kien involut żagħżugħ ieħor li mal-ewwel seduta tal-Qorti ammetta l-akkużi miġjuba kontrih minkejja li Tedesco ma ammettiex mal-ewwel.

Apparti l-akkużi ta’ serq, Tedesco kien akkużat ukoll  li kkawża ħsara fuq vettura tat-tip Peugeot, li saqha b’mod traskurat, mingħajr numru ta’ reġistrazzjoni u wisq anqas ma kinet koperta b’polza tal-assikurazzjoni, kif ukoll li kien riċediv.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend