Ċans ta’ xita bir-ragħad iktar tard illum – One News

Notifiki

Ċans ta’ xita bir-ragħad iktar tard illum

Jekk ippjanajt xi jum ħdejn il-baħar, aħsibha darbtejn! L-aħħar tbassir tat-temp juri ċans ta’ maltempata fuq il-Gżejjer Maltin iktar tard illum. 

Skont l-aħħar indikazzjonijiet, iċ-ċans ta’ maltempata llum huwa pjuttost għoli, hekk kif daħlet arja friska mill-oċean Atlantiku fil-Mediterran, li qed toħloq kuntrast mal-arja sħuna tar-reġjun.

Minkejja dan, tistennewx li tiffirskaw xi ftit, għaliex l-ogħla temperatura llum mistennija tilħaq il-31°C.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend