Bil-Filmat: Biljetti tal-Air Malta jistgħu jinxtraw mis-sit ta' Ryanair | One News

Notifiki

Bil-Filmat: Biljetti tal-Air Malta jistgħu jinxtraw mis-sit ta’ Ryanair

B’kollaborazzjoni mal-linja tal-ajru Ryanair, l-Air Malta se toffri prezzijiet imraħħsa fuq xi titjiriet, li jibdew minn €14.99. Issa, biljetti għall-Air Malta se jkunu jistgħu jinxtraw mis-sit tar-Ryan Air, li fih jidħlu mal-139,000,000 persuna.

Dan qed ikompli jżid mar-riforma li qed tesperjenza l-Linja Nazzjonali tal-Ajru, fejn f’sena biss żiedet żewġ ajruplani fil-flotta tagħha, u nediet menu tal-ikel ġdid. 

Il-ftehim imsejjes fuq il-programm tar-Ryanair Always Getting Better, jipprovdi biex mil-lum, dawk li jidħlu fis-sit tar-Ryanair jixtru l-biljett tagħhom u jsiefru bl-ajruplani tal-Air Malta.
Il-ftehim li se joffri lill-139 miljun klijent tar-Ryanair għażla ta’ destinazzjonijiet akbar filwaqt li jagħti spinta lill-bejgħ tal-biljetti tal-Air Malta permezz ta’ pjattaforma ġdida fejn ir-Ryanair hija tradizzjonalment aktar b’saħħitha.
L-Air Malta u r-Ryanair issa se jibdew joffru erbgħa u sebgħin rotta minn u lejn Malta.
Ic-Chief Commercial Officer tar-Ryanair David O’Brien faħħar it-tmexxija l-ġdida tal-Air Malta li fi kliemu qiegħda tqajjem lil Air Malta fuq saqajha:
“I was here number of years ago. They were shrinking. Now we are giving a platform for Air Malta”.

Il-Ministru għat-Turizmu Konrad Mizzi spjega kif il-kollaborazzjoni mar-Ryanair hija importanti sabiex l-Air Malta tkompli tikber.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend