11 mejta wara għargħar fl-Italja – One News

Notifiki

11 mejta wara għargħar fl-Italja

Minn tal-inqas 11-il persuna mietu u diversi oħra għebu wara għargħar li ħakem in-Nofsinhar tal-Italja.

Huma kienu miexjin f’wied  magħruf bħala Raganello Gorge fir-reġjun ta’ Calabria meta l-inħawi nħakmu minn xita qalila. Sa issa 18-il persuan ġew salvati mill-membri tal-Protezzjoni Ċivili Taljana, fosthom tifel ta’ 10 snin. Sitt persuni oħra ttieħdu l-Isptar għall-kura.

Membri tal-Protezzjoni Ċivili fl-Italja qalu li l-wied imtela’ b’madwar kilometru għoli ilma fi żmien qasir kawża tal-għargħar.

Il-ħidma ta’ salvataġġ għadha għaddejja.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend