Xena mhux tas-soltu fl-Ajruport ta' Gatwick f'Londra | One News

Notifiki

Xena mhux tas-soltu fl-Ajruport ta’ Gatwick f’Londra

Ħaddiema tal-Ajruport ta’ Gatwick f’Londra għandhom biċċa xogħol mhux tas-soltu dalgħodu wara li ħsara teknika ħarbtet is-sistema tal-iscreens li fuqhom tintwera l-informazzjoni dwar it-titjiriet. Il-ħaddiema jridu jiktbu l-informazzjoni fuq bord u jaġġornaw kull ftit minuti. 

Ritratti li qed jimxu fuq il-midja soċjali juru passiġġieri jippruvaw jiksbu l-informazzjoni dwar it-titjiriet tagħhom waqt li l-imsejkna ħaddiema għaddejjin jaġġornaw il-kitba tagħhom.

Fi tweet, l-Ajruport skuża ruħu għas-sistema difettuża, u talab lill-passiġġieri jsegwu l-istruzzjonijiet li jingħataw minn ħin għall-ieħor minn fuq l-ispeakers.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend