Raġel bi ġrieħi gravi wara li waqa' fl-Aħrax tal-Mellieħa | One News

Notifiki

Raġel bi ġrieħi gravi wara li waqa’ fl-Aħrax tal-Mellieħa

Raġel ta’ 41 sena residenti l-Mellieħa qed isofri minn ġrieħi gravi wara li waqa’ fl-Aħrax tal-Mellieħa.

Il-każ seħħ għall-ħabta tal-05:30 ta’ dalgħodu meta persuna nstemgħet tgħajjat għall-għajnuna f’dawn l-inħawi. Jidher li meta waqa’, ir-raġel spiċċa wara ċint għoli sitt filati.

Fuq il-post issejħet ambulanza li xi membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili biex jgħinu lill-vittma.

Iktar tard huwa ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

Intant, il-Pulizija għadha qed tinvestiga dan il-każ.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend