Aġġornat: Tmut il-qattusa li nkisritilha qalbha wara li s-sidien abbandunawha | One News

Notifiki

Aġġornat: Tmut il-qattusa li nkisritilha qalbha wara li s-sidien abbandunawha

Alice, il-qattusa li ġiet abbandunatha minn familtha, mietet b’qalbha maqsuma. Ikkonferma dan is-santwarju Carers for Stray and Abandoned Felines, li sa ftit tal-jiem ilu beda jfittex dar ġdida għall-qattusa.

Is-santwarju kien qal li qtates bħal Alice m’humiex imdorrijin jgħixu ma’ 300 qattusa oħra jew maqfula f’gaġġa iżda huma mdorrijin jgħixu fil-kumdità mdawrin b’nies li jħobbuhom.

Alice sfortunatament ma kinitx qed tiekol u tilfet ħafna piż.

Dan hekk kif Alice inqasmitilha qalbha u ma tistax tifhem għalfejn spiċċat f’dan l-istat u ma tistax tifhem x’setgħet għamlet biex il-familja li kienet tħobb għażlu li jabbandunawha.

 

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend