Jinħeles mill-arrest wara li kisser qasrija fuq ras raġel ieħor | One News

Notifiki

Jinħeles mill-arrest wara li kisser qasrija fuq ras raġel ieħor

Raġel ta’ 40 sena mill-Birgu tressaq il-Qorti akkużat li ħebb għak raġel ieħor, ikkawżalu ġrieħu gravi u kiser il-paċi pubblika meta lbieraħ spiċċa jillatika ma’ raġel ieħor.

Jidher li  l-akkużat, Sandro Calleja, u l-vittma jappoġġjaw każin tal-banda rivali, ġew fl-idejn. Jidher li r-raġel qabad lill-akkużat minn għonqu, b’dan tal-aħħar jaqbad qasrija li kien hemm fit-triq u kissirha fuq ras il-vittma.

Fil-Qorti ntalbet il-ħelsien mill-arrest għaliex l-akkużat għandu kondotta nadifa. Dan ingħata l-libertà proviżorja sakemm il-Qorti tistabbilixxi kundizzjonijiet biex tiżgura li ma jkunx hemm kuntatt bejn l-akkużat u dilettanti tal-każin rivali tiegħu.

Il-Qorti laqgħet it-talba għall-ħelsien mill-arrest fuq garanzija personali ta’ €5,000, u orfnat li Calleja ma joħroġx mir-residenza tiegħu bejn is-19:00 u s-06:00 sat-Tlieta, 28 ta’ Awwissu.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend