Fil-Korea: jingħaqdu ma' qrabathom wara li nfirdu kawża tal-Gwerra | One News

Notifiki

Fil-Korea: jingħaqdu ma’ qrabathom wara li nfirdu kawża tal-Gwerra

Madwar 180 li ġew mifruda minħabba l-gwerra fil-Korea li seħħet bejn l-1950 u l-1953 se jingħataw iċ-ċans li jitlaqgħu fil-Korea ta’ Fuq illum wara li kien hemm qbil fi Pyongyang, bejn iż-żewġ taqsimiet tal-Korea.Din l-attività se sseħħ f’Mount Kumgang, kif ġie deċiż mill-mexxej tal-Korea ta’ Fuq, Kim Jong Un u l-President tal-Korea t’Isfel, Moon Jae-In waqt is-summit f’April li għadda.

Il-familji separati sfaw vittmi ta’ ġlieda bejn iż-żewġ taqsimiet, ġlieda li kompliet tikber aktar ma żdiedu l-programmi u l-armamenti nukleari.

Fil-fatt, kwżi 60,000 persuna rreġistraw sabiex jiltaqgħu għal mal-familjari tagħhom, u kienu madwar 130,000 persuna huma mniżżla li ġew separati minn mal-familji tagħhom.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend