FILMAT: Minn għawma l-Armier jispiċċaw jistkennu mix-xita | One News

Notifiki

FILMAT: Minn għawma l-Armier jispiċċaw jistkennu mix-xita

Bosta persuni li marru jilagħqu ix-xemx ħdejn il-baħar spiċċaw telgħu mill-baħar sabiex jistkennu mix-xita.

Dan hekk kif kien imbassar aktar kmieni f’rapporti skont is-sit tat-tbassir tat-temp FirstMalta, kien hemm ċans kbir ta’ xita bir-ragħad hekk kif hemm il-maltemp fuq Sqallija u Sardinja b’żoni oħra fiċ-ċentru tal-Mediterran qed jimmarkaw li hemm is-sajjetti.

Jidher li dan il-maltemp laħaq il-gżejjer Maltin hekk kif diġà bdew il-ħalbiet tax-xita.

Din l-instabbilità li qed tilħaq fuq iċ-ċentru tal-Mediterran hija kawża ta’ sistema ta’ kurrenti friski li oriġinat fuq l-oċean Atlantiku u qed taffettwa l-Ewropa. Iżda dan ma jfissirx li t-temperaturi fuq il-gżejjer Maltin se jkunu qed jonqsu b’ħafna, filfatt it-temperaturi matul din il-ġimgħa se jkunu qed jonqsu biss b’xi żewġ gradi celsius.

Ritratt: Jeffrey Mifsud

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend